Matul il-ġimgħa ta’ bejn il-5 u l-11 ta’ Ottubru 2015, il-Parroċċa ta’ S. Venera ċċelebrat il-festa f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu. Iċ-ċelebrazzjonijiet bdew nhar l-Erbgħa 1 t’Ottubru bl-ewwel jum tan-novena. It-Tnejn 5 t’Ottubru saret il-vestizzjoni tal-abbatini, immexxija mill-Kappillan, u l-għada t-Tlieta 6 t’Ottubru saret il-vestizzjoni u l-professjoni tat-terzjarji, immexxija mill-Pirjol P. Victor Paul Farrugia. L-Erbgħa, il-Ħamis, u l-Ġimgħa kienu l-jiem tat-Tridu fejn saret Quddiesa bl-omelija minn P. Jürgen Cucciardi. Jum il-Festa, il-Ħadd 11 t’Ottubru, kien ukoll Jum in-Nanniet. Il-Quddiesa tal-11:30 kienet animata mit-tfal li kienu akkumpanjati mill-familji tagħhom, speċjalment in-nanniet. Filgħaxija mbagħad wara t-talba tal-Għasar, saret Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Provinċjal P. Alexander Vella u fis-6:00 p.m. ħarġet il-purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu. Fl-aħħar, ingħatat il-Barka Solenni.