Inħennu għax sibna l-Ħniena
Iż-żewġ binarji li fuqhom nixtiequ li jimxi l-Ġublew hu: i. L-esperjenza tagħna li ksibna l-Ħniena t’Alla, ii. Il-Ħniena li nuru mal-oħrajn. Għalhekk matul ix-xhur tas-sena isir tagħlim u ċelebrazzjonijiet dwar is-sagramenti li fihom nesperjenzaw il-Ħniena t’Alla; u l-Opri tal-Ħniena li permezz tagħhom il-Ħniena li rċevejna mingħand Alla nqasmuha mal-oħrajn.
PROGRAMM TAL-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA FIL-PARROĊĊA TA’ SANTA VENERA
Tħejjija għall-Ġublew tal-Ħniena
- Mit-Tnejn 30 ta’ Novembru sal-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2015, fil-knejjes kollha tal-Parroċċa, fil-quddies kollu isir ħsieb qasir u talba, bi tħejjija għall-Ġublew.
- It-Tnejn 7 ta’ Diċembru 2015: Fis-6.00 p.m. fil-Knisja Parrokkjali jingħad ir-rużarju u joħroġ pellegrinaġġ aux flaumbleux bis-Salib Imqaddes u bil-kwadru tal-Immakulata, li jgħaddi minn Triq il-Parroċċa għal Triq il-Kanun fejn tkun ċelebrata l-quddiesa ta’ Lejliet l-Immakulata quddiem in-niċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni, bħala velja bi tħejija għall-Ġublew. Dakinhar ma ssirx il-quddiesa tas-6.30 p.m. fil-Knisja Parrokkjali. F’dan il-ħin m’għandha ssir l-ebda attivita’ oħra mill-għaqdiet tal-Parroċċa biex ilkoll nieħdu sehem f’din il-Velja. F’każ ta’ maltemp isir kollox fil-Knisja Parrokkjali.
Diċembru 2015
Sagrament: iż-Żwieġ
Opra tal-Ħniena: itma’ lil min hu bil-ġuħ, isqi lil min hu bil-għatx
Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015
4.30 p.m.: Jitlaq trasport minn quddiem il-Knisja Parrokkjali għall-Imdina biex nieħdu sehem fil-ftuħ tal-Ġublew fl-Arċidjoċesi.
It-Tnejn 14 ta’ Diċembru 2015
7.15 p.m.: Laqgħa ta’ formazzjoni dwar is-Sagrament ta-Żwieġ bħala sinjal tal-Ħniena t’Alla, mir-Rev. Prof. Hector Scerri, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Din il-laqgħa ser tkun organizzata mill-Gruppi Familji Insara.
Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2015
9.00 a.m.: Quddiesa bis-sehem tal-pasturi ħajjin.
9.45 a.m.: Mixja tal-pasturi ħajjin mill-Knisja Parrokkjali sal-Kripta fejn isir presepju ħaj mill-Gruppi Familji Żgħażagħ Santa Venera bis-sehem tal-għaqdiet tal-Parroċċa.
Il-Ħamis 24 ta’ Diċembru 2015
11.00 p.m.: Velja tal-Milied fil-Ġublew tal-Ħniena imtella’ mill-Kor Santa Venera fil-Knisja Parrokkjali, bis-sehem tal-abbatini u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina.
Is-Sibt 26 ta’ Diċembru 2015
6.30 p.m.: Quddiesa li fiha niċċelebraw il-Ġublew tal-Miżżewġin fis-Ġublew tal-Ħniena. Din il-quddiesa tkun organizzata mill-Kummissjoni Familja.
- Fiż-żmien tal-Avvent fil-knisja jitqegħdu kaxxi li fihom jista’ jitqiegħed ikel u xorb li jitqassam matul is-sena lil persuni fil-bżonn. Jieħdu ħsieb din l-inizzjattiva il-Kummissjoni Djakonija.
Matul dan ix-xahar, il-Grupp ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti ta’ dawn it-toroq: Triq il-Kanun, Triq il-Buttar, Triq Antonio Miruzzi, Triq il-Parroċċa, Triq il-Kbira San Ġużepp u Triq il-Ħaddied
Jannar 2016
Sagrament: il-Magħmudija
Opra tal-Ħniena: libbes lil min hu għarwien
Il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar 2016
6.30 p.m. Issir laqgħa ta’ formazzjoni fil-Knisja l-Qadima mir-Rev. Prof. Hector Scerri, dwar is-sagrament tal-Magħmudija bħala sinjal tal-Ħniena t’Alla. Din il-laqgħa tkun organizzata mill-Mixja Neokatekumenali.
Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2016
11.30 a.m.: Quddiesa li fiha jkun ċelebrat il-Ġublew tat-Tfal fil-Ġublew tal-Ħniena. Matul dan ix-xahar fil-klassijiet tal-katekiżmu isir tagħlim dwar il-Ħniena; issir wirja ta’ tpinġija mit-tfal dwar il-Ġublew u t-tfal tal-Parroċċa jisponsorjaw proġett żgħir fid-Dar ta’ San Ġużepp.
It-Tnejn 25 ta’ Jannar 2016
6.15 p.m.: Isir seminar ta’ formazzjoni għal dawk li jservu fil-qasam tal-liturġija.
Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2016
09.00 a.m.: F’Jum is-Solennita’ tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil-quddiesa issir iċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-Magħmudija u jsir it-tiġdid tal-magħmudija tagħna.
- Matul dan ix-xahar, in-nies ikunu mistiedna jixtru ħwejjeġ ġodda minn ħwienet u jġibuhom il-knisja biex jitqassmu lir-refuġjati.
Matul dan ix-xahar, il-Gruppi Familji Insara iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti ta’ dawn it-toroq: Triq il-Brunżar, Triq Emmanuel Attard, Triq il-Parata, Triq l-Inkwina u Triq in-Nagħal.
Frar 2016
Sagrament: il-Qrar
Opra tal-Ħniena: ilqa’ lil min hu bla dar
L-Erbgħa 3 ta’ Frar 2016
6.30 p.m.: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem tal-Kongregazzjonijiet Reliġjużi ta’ Santa Venera, li fiha jkun ċelebrat il-Ġublew tar-Reliġjużi fil-Ġublew tal-Ħniena.
Il-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2016
6.30 p.m.: Ċelebrazzjoni Penitenzjali Komunitarja fil-Knisja l-Qadima. Din iċ-ċelebrazzjoni tkun organizzata mill-Kummissjoni Liturġika.
7.00 p.m.: Ċelebrazzjoni Penitenzjali Komunitarja fil-Knisja Parrokkjali. Jipprietka r-Rev. Prof. Hector Scerri. Din iċ-ċelebrazzjoni tkun organizzata mill-Kummissjoni Liturġika.
It-Tnejn 22 ta’ Frar 2016
9.15 a.m.: Isir pellegrinaġġ parrokkjali għar-Redentur meqjum fil-Bażilka tal-Isla.
Il-Ġimgħa 26 ta’ Frar 2016
6.30 p.m.: Pellegrinaġġ bil-vara ta’ Ġesu’ Redentur, mill-Knisja l-Qadima għall-Knisja Parrokkjali.
- Matul dan ix-xahar, il-Parroċċa tisponsorja proġett fid-dar tal-Provinċja Karmelitana Maltija għar-refuġjati.
Matul dan ix-xahar, l-Azzjoni Kattolika iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti ta’ dawn it-toroq: Triq Ħal-Kaprat, Triq l-Għollieq, Triq San Pawl, Triq Mons. Ġużeppi de Piro, Triq Tumas Dalli, Triq Braille, Triq l-Istitut Bonnici u Triq Dun Alfred Gatt.
Marzu 2016
Sagrament: il-Griżma tal-Morda
Opra tal-Ħniena: Żur il-morda
Is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016
4.30 p.m.: Issir quddiesa fil-kappella ta’ Casa Francesco fejn issir il-Griżma tal-Morda lir-residenti.
It-Tnejn 7 ta’ Marzu 2016
9.30 a.m.: Fil-Kappella tal-Istitut ta’ Apap issir quddiesa li fiha jkun ċelebrat il-Ġublew tal-anzjani u l-morda. Qabel il-quddiesa isir ħsieb mir-Rev. Prof. Hector Scerri u ssir il-Griżma tal-Morda. Din il-quddiesa tkun organizzata mill-Kummissjoni Djakonija.
L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2016
9.00 a.m.: L-Azzjoni Kattolika torganizza żjara f’xi sptarijiet.
Is-Sibt 19 ta’ Marzu 2016
6.30 p.m.: Waqt quddiesa fil-Knisja Parrokkjali jkun ċelebrat il-Ġublew tal-Adoloxxennti u ż-Żgħażagħ fil-Ġublew tal-Ħniena.
- Matul dan ix-xahar tkun amministrata l-Griżma tal-Morda lil dawk il-persuni anzjani jew morda li ma joħorġux minn djarhom.
Matul dan ix-xahar, il-Gruppi ta’ wara l-Griżma tal-Isqof iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Triq il-Parilja, Triq il-Ferrovija, Triq Ġalanton Vassallo, Triq il-Kaless u Triq Ġuże’ Flores.
April 2016
Opra tal-Ħniena: Żur il-ħabsin
Il-Ġimgħa 1 t’April 2016
9.00 a.m.: Isir pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar.
Il-Ħadd 3 t’April 2015
Tiġi ċelebrata l-Festa tal-Ħniena Divina fil-Ġublew tal-Ħniena.
- Matul dan ix-xahar ssir żjara minn grupp żgħir mill-Parroċċa fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Matul dan ix-xahar, l-Aħwa tal-Mixja Neokatekumenali iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Triq Romeo Romano, Triq it-Turretta, Triq Adelaide Cini, Triq l-Imsida, Triq il-Madonna tal-Karmnu u Triq il-Markiż John Scicluna.
Mejju 2016
Sagrament: it-Tqarbin
Opra tal-Ħniena: Agħti parir tajjeb lill-ħosbien, Farraġ lill-imnikktin
It-Tnejn 2 ta’ Mejju 2016
6.15 p.m.: Isir seminar ta’ formazzjoni għal dawk li jservu fil-qasam tal-familja.
It-Tlieta 31 ta’ Mejju 2015
9.00 a.m.: Isir pellegrinaġġ parrokkjali għas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa.
Il-kwaranturi bi tħejjija għall-festa ta’ Corpus Domini isiru fil-knejjes differenti tal-Parroċċa. F’waħda mill-knejjes jipprietka r-Rev. Prof. Hector Scerri.
Fil-ġimgħa ta’ wara l-Ewwel Tqarbina, il-Kummissjoni Kateketika torganizza ċelebrazzjonijiet għat-tfal li jkun għamlu l-Ewwel Tqarbina bħala apprezzament tas-sagrament tat-Tqarbin.
- Matul dan ix-xahar issir ħidma mill-Kummissjoni Djakonija biex is-servizzi t’għajnuna professjonali li nsibu fir-raħal tagħna jkunu magħrufa mir-residenti.
Matul dan ix-xahar, il-MUSEUM tal-Bniet iwassal il-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Triq iż-Żonqor, Triq il-Karmelitani, Triq Salvu Gullaimier, Triq Ċikku Portanier, Triq il-Blata l-Kaħla, Triq is-Soll, Triq il-Franka u Triq l-Omnibus.
Ġunju 2016
Sagrament: it-Tqarbin
Opra tal-Ħniena: Għallem lil min ma jafx
It-Tnejn 6 ta’ Ġunju 2016
8.00 a.m.: Isir pellegrinaġġ parrokkjali għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.
Mit-Tnejn 6, L-Erbgħa 8 il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2016
7.00 p.m.: Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali jorganizza Jiem ta’ Tagħlim dar il-Ħniena t’Alla fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali.
Matul dan ix-xahar, il-Leġjun ta’ Marija Irġiel iwassal il-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Triq is-Sarġ, Triq Anton inglott, Triq Dun Kalċidon Schembri, Triq il-Qawsalla, Triq Emvin Cremona, Triq Santa Venera, Triq il-Ħarrub u Triq il-Kappillan Mifsud
Lulju 2016
It-Tlieta 26 ta’ Lulju 2016
6.30 p.m.: Issir quddiesa li fiha niċċelebraw bħala Parroċċa il-Ġublew tal-Ħniena fuq l-eżempju Santa Venera u l-Martri kollha bħala sinjal tal-Ħniena t’Alla.
Matul dan ix-xahar, il-voluntiera tal-Parroċċa iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Misraħ Santa Venera, Triq Dun Xand Cortis, Trqi Patri Ġustin Sant, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Trejqet il-Ferrovija, Triq tal-Fawwara u Triq il-Ward.
Awwissu 2016
Opra tal-Ħniena: Widdeb lill-midinbin
- Matul dan ix-xahar kull persuna jagħmel ħiltu biex bl-għajnuna t’Alla, b’karita’ u prudenza, jipprova jressaq lejn is-sagramenti, xi persuna li tinsab il-bogħod mis-sagramenti.
Matul dan ix-xahar, il-Grupp tal-Abbatini iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Trqi Brighella, Trqi il-Kardinal Sciberras, Triq Abela, Triq San Ġorġ, Triq Ġuże’ Pace, Trqi il-Qalb Imqaddsa, Triq l-14 ta’ Novembru, Triq l-4 ta’ Settembru, Triq il-Lunzjata, Triq Salvinu Spiteri, Triq Vincenzo Bugeja u Triq il-Kanonku Bonnici.
Settembru 2016
Sagrament: l-Ordni Sagri
Opra tal-Ħniena: Aħfer il-ħtijiet
It-Tlieta 13, l-Erbgħa 14 u l-Ġimgħa 16 ta’ Settembru 2016
Il-Grupp tal-Abbatini jorganizza jiem ta’ talb għall-Vokazzjonijiet Karmelitani.
It-Tnejn 19 ta’ Settembru 2016
6.15 p.m.: Isir seminar ta’ formazzjoni għal dawk li jservu fil-qasam tal-Kateketika.
It-Tlieta 20 ta’ Settembru 2016
7.00 p.m.: Issir Lectio Divina fil-Knisja Parrokkjali mir-Rev. Prof. Hector Scerri dwar silta’ mill-Bibbja dwar is-Saċerdozju.
Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru 2016
5.00 p.m.: Pellegrinaġġ parrokkjali għall-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.
Il-Ħadd 25 ta’ Settembru 2016
11.30 a.m.: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali li fiha jkun ċelebrat il–Ġublew tal-Katekisti fil-Ġublew tal-Ħniena.
It-Tnejn 26 ta’ Settembru 2015
7.00 p.m.: Issir ċelebrazzjoni tal-Kelma t’Alla mill-Mixja Neokatekumenali dwar ir-Rikonċiljazzjoni.
Matul dan ix-xahar, il-Leġjun ta’ Marija Nisa iwassal il-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Misraħ il-Kebbies, Triq il-Fanali, Triq Vivion, Triq Misraħ il-Barrieri u Triq Reġjonali.
Ottubru 2016
Opri tal-ħniena: Ħu sabar b’min idejqek
It-Tnejn 3 t’Ottubru 2016
9.00 a.m.: Isir pellegrinaġġ parrokkjali għas-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta.
It-Tlieta 4 t’Ottubru 2016
6.30 p.m.: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali animata mit-Terzjarji Karmelitani li fiha jkun ċelebrat il-Ġublew Marjan fil-Ġublew tal-Ħniena.
It-Tnejn 23 t’Ottubru 2016
6.15 p.m.: Isir seminar ta’ formazzjoni għal dawk li jservu fil-qasam tad-djakonija.
- Kull individwu jkun imħeġġeġ li jagħmel att ta’ rispett/karita’ ma’ xi persuni li soltu jaħrabhom.
Matul dan ix-xahar, it-Terzjarji Karmelitani iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Triq carini, Triq Dun Frans Camillri, Triq Ħal-Qormi, Triq il-Kukkanja u Triq Patri Franġisk Grech.
Novembru 2016
Sagrament: Il-Griżma tal-isqof
Opra tal-Ħniena: Itlob ‘l Alla għall-ħajjin u għall-mejtin
It-Tnejn 7 ta’ Novembru 2016
9.00 a.m.: Isir pellegrinaġġ organizzat mit-Terzjarji Karmelitani u l-Azzjoni Kattolika għaċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.
Il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016
6.00 p.m.: Fil-Knisja l-Qadima issir quddiesa ta’ interċessjoni immexxija mill-Grupp Kariżmatiku.
Il-Ħadd 13 ta’ Novembru 2016
9.00 a.m.: Quddiesa li permezz tagħha nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid li jkun twettaq bil-grazzja tiegħu matul il-Ġublew tal-Ħniena.
Fil-Ġimgħa ta’ qabel il-Griżma tal-Isqof isir talb u tagħlim dwar dan is-sagrament.
Matul is-sena tal-Ġublew
- Fil-Knisja Parrokkjali u fil-Knisja l-Qadima isiru banners bil-logo tal-Ġublew u bit-tema Ġubilari tal-Parroċċa.
- Fil-Knisja Parrokkjali jkun espost il-kwadru tal-Ħniena Divina.
- Fil-fuljett tal-Parroċċa, kull xahar ikun hemm ħsieb tal-Ġublew imħejji mill-Kummissjoni Parrokkjali Ġublew tal-Ħniena.
- Isiru l-konsagrazzjoni tal-Familji lill-Qalb ta’ Ġesu’ u lil Qalb ta’ Marija.
- Kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, fl-aħħar għaxar minuti tal-adorazzjoni li ssir wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jingħad it-talb tal-Ħniena Divina.