Bejn is-27 ta’ Awwissu u t-3 ta’ Settembru 2023, fid-dar tal-irtiri Villa Carmelitas f’Lurín, il-Perú, saret laqgħa oħra tal-FOCAM (Formazzjoni Karmelitana fl-Amerka ta’ Fuq u ta’ Isfel). Ħadu sehem reliġjużi rġiel u nisa (patrijiet u sorijiet), kif ukoll lajċi mill-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, il-Kolombja, l-Istati Uniti, El Salvador, il-Perù, ir-Repubblika Dominikana, Trinidad u Tobago, u l-Venezwela. Din kienet l-ewwel esperjenza fejn il-parteċipanti ltaqgħu lkoll flimkien wara l-laqgħat virtwali li saru waqt il-pandemija.
It-tema prinċipali tal-laqgħa, “Inħaddnu l-Futur bit-Tama mill-Lat Karmelitan”, kienet tirrifletti x-xewqa tal-parteċipanti, fejn l-imsejħin għall-ħajja reliġjuża jiltaqgħu ma’ Alla, u jgħixu l-preżent filwaqt li jħarsu lejn il-futur. Kienet ġimgħa mimlija riflessjonijiet, talb u fraternità. L-argumenti ppreżentati minn P. Marlom Francis, O.Carm., P. Vagner Sanagiatto, O.Carm., P. Benny Phang, O.Carm., Sor Liliana Franco Echeverri, ODN, u s-Sa Daniela Emmerich, kienu stedina u sfida bħala Familja Karmelitana u bħala Knisja.
Fi tmiem il-laqgħa, filwaqt li l-parteċipanti rringrazzjaw lill-organizzaturi għall-ospitalità li wrew magħhom il-Karmelitani tal-Perù, tħabbar li l-laqgħa li jmiss tal-FOCAM ser issir fil-Brażil fl-2026.