Konferenza ta’ P. Fernando Millán Romeral, O.Carm.

San Titu, Karmelitan tal-Provinċja Olandiża, huwa magħruf għar-reżistenza tiegħu kontra n-Nażi. Huwa kien arrestat u mibgħut fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Dachau, fejn miet fl-1942. Kien kkanonizzat f’Mejju tas-sena l-oħra. P. Fernando huwa espert dwar il-ħajja ta’ Titu Brandsma u kiteb bosta artikli u ta diversi konferenzi dwar il-qaddis mad-dinja kollha. Huwa professur tat-Teoloġija fl-Università Pontifiċja ta’ Comillas f’Madrid, u wkoll id-direttur tal-Istitut tal-Ispiritwalità fl-istess Università.

Nhar il-15 ta’ Frar 2023, P. Fernando Millán Romeral, ex Pirjol Ġenerali tal-Karmelitani kien mistieden mil-Loyola Institute of Trinity College ta’ Dublin biex jitkellem dwar “Titu Brandsma: Reżistenza etika fi żmien imqanqal”. Il-konferenza kienet organizzata flimkien mal-Provinċja Karmelitana Irlandiża.

Matul it-taħdita tiegħu f’Dublin, quddiem ġemgħa ta’ madwar 150 ruħ, P. Fernando tkellem dwar l-aspetti differenti tal-ħajja tal-qaddis, fost l-oħrajn: bħala akkademiku li għen biex titwaqqaf università; bħala għalliem tal-mistika Karmelitana u bħala ġurnalist; u bħala wieħed b’interess kbir li jressaq bnedmin ta’ fehmiet differenti lejn xulxin. Il-fraġilità fiżika tiegħu kienet f’kuntrast mal-kuraġġ sod li wera quddiem il-ħażen.

Min jixtieq isegwi t-taħdita ta’ P. Fernando jista’ jsibha online fuq YouTube: https://www.youtube.com/watch?v=9UKqmYtcNG8&ab_channel=LoyolaInstitute

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *