Knisja miftuħa beraħ

2016-04-02

Knisja miftuħa beraħ

Il-messaġġ u l-attwalità ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi

Patri Charlò Camilleri O.Carm


2 t’April 2016

Din is-Serafika Karmelitana, li tagħha dis-sena niċċelebraw l-450 sena mit-twelid, hija sinjal – bir-radikalità kollha tal-Evanġelju li għexet – ta’ Alla u tal-ħolma ta’ Alla għall-bniedem, il-ħolqien il-ġdid, li joffri alternattiva għal mod kif qed tgħix id-dinja. Il-messaġġ ta’ S. Marija Maddalena de’ Pazzi jinġabar, fi ftit kliem, f’dan: li fil-mewt u fl-isterilità, inkluż dik vokazzjonali, għandna nkunu bnedmin li nġibu l-ħajja, li nibnu l-futur ta’ Alla għalina. It-tentazzjoni hi li nemmnu li kollox mitmum. L-istess Papa Franġisku ma jridx Knisja li tilgħaq il-ġrieħi tagħha, imma waħda li tinfetaħ beraħ biex tħalli lil Kristu jidħol mill-bibien ta’ qlubna mbarrati. L-attwalità tagħha: l-awtentiċità tal-ħajja tagħna tal-fidi mingħajr kompromessi u b’ħafna mħabba.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *