Temi ta’ Spiritwalità Karmelitana: L-Oratorju

2016-05-30

Temi ta’ Spiritwalità Karmelitana: L-Oratorju

Alexander Vella O.Carm.


14 ta’ Mejju 2016

L-oratorju huwa ċ-ċentru tal-ħajja Karmelitana. Fir-Regula nsibu dal-kliem sempliċi imma li għandu ħafna x’tiżen, “Sabiex ikun aktar adattat, l-oratorju għandu jinbena f’nofs iċ-ċelel; fih, mas-sebh għandkom tinġabru kuljum, meta jkun possibbli, ħalli tisimgħu l-quddies.” (para. 14) Il-Beatu Ġwanni Soreth jgħid li l-użu tal-kelma “oratorju” tindika li ma għandniex ninħlew fil-bini ta’ knejjes kbar u sbieħ li jservu biss biex ipaxxu l-għajnejn, oratorju żgħir huwa biżżejjed. L-enerġija tagħna iktar għandna  nqiegħduha fil-bini tat-tempju spiritwali ta’ ruħna.”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *