Perjodiku «Il-Karmelu»


«Il-Karmelu» 

Abbonament u Tiġdid

Librerija Virtwali

Il-Karmelu huwa leħen il-Karmelitani Maltin, perjodiku ta’ kull tliet xhur maħruġ mill-Provinċja Karmelitana Maltija dwar l-ispiritwalità, il-ħidma u l-ħajja tal-Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu.

Għan

Il-Karmelu beda joħroġ fl-1935 bil-għan li jkun mezz ta’ formazzjoni u informazzjoni Nisranija-Karmelitana għall-poplu Malti u Għawdxi. Għaldaqstant, l-għan ta’ Il-Karmelu huwa li jgħin lil dawk l-Insara li jixtiequ jsiru jafu aħjar l-Ordni Karmelitan jew li b’xi mod diġà huma parti mill-Familja Karmelitana u jixtiequ jikbru fil-Valuri u l-Kariżma Karmelitana.

Responsabbli tal-perjodiku

Direttur: P. Joseph Saliba, O.Carm., Pirjol Provinċjali

Editur: P. Anthony Cilia, O.Carm.

Qari tal-provi: Keith Attard

Grafika: Fabio Borg

Il-Karmelu Cover

Direzzjoni u Amministrazzjoni

Indirizz: L-Editur “Il-Karmelu”, Kunvent tal-Karmnu, Misraħ Santa Venera, Santa Venera SVR1681

Telefon: (+356) 2754 2106

Mobajl: (+356) 9924 5100

Imejl: il-karmelu@karmelitani.org

Facebook: Il-Karmelu Malta

Kollaboraturi

Malta: Patrijiet Karmelitani
Fleur-de-Lys: Josephine Spiteri, TOK
Ħal Lija: Dun Darren Pace, TOK
Ħal Tarxien: Sor Filomena Camilleri, SOC
Ħaż-Żabbar: P. Raymond Calleja, O.Carm.
Il-Fgura: Margaret Farrugia, TOK
Il-Gżira: Dun Darren Pace, TOK
Il-Ħamrun: P. Raymond Calleja, O.Carm.
Il-Mosta: Dun Darren Pace, TOK
In-Naxxar: Dun Darren Pace, TOK
Iż-Żejtun: Carmen Cachia, TOK
Iż-Żurrieq: Carmen Farrugia, TOK
L-Imdina: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
Paola: Sor Filomena Camilleri, SOC
Santa Venera: Josette Zerafa, TOK
Għawdex: Sorijiet Karmelitani

NB: Nixtiequ li Il-Karmelu jinxtered aktar fost il-Maltin u l-Għawdxin. Għal din ir-raġuni qegħdin infittxu kollaboraturi ġodda, b’mod speċjali f’dawk il-lokalitajiet fejn għad m’għandniex. Jekk inti tixtieq toffri s-servizz tiegħek favur l-istampa Nisranija-Karmelitana, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Abbonament u Tiġdid. Grazzi bil-quddiem tal-għajnuna tiegħek.

Abbonament

€10 fis-sena jew aktar bħala “Sostenitur”. Inti tista’ tkun ukoll “Abbonat Sostenitur” mhux biss billi mal-abbonament tiegħek tibgħat xi ħaġa aktar minn €10, imma wkoll billi ssib abbonati ġodda jew inkella billi inti stess tagħti “Abbonament Rigal” lil xi familja jew ħbieb tiegħek. hekk li jibqgħu jiftakru fik is-sena kollha!
Tista’ tgħaddi l-abbonament tiegħek f’Il-Karmelu lil xi ħadd mill-kollaboraturi tagħna, jew jekk tippreferi, tista’ tħallas bil-credit card billi tagħfas hawn.